Friday, December 27, 2024

Joħroġ mill-ITU wieħed mit-tliet ħaddiema li sofrew ġrieħi serji fl-inċident f’Kordin

Aqra wkoll

Wieħed mit-tliet ħaddiema li kienu fil-periklu tal-mewt b’rabta mal-inċident tas-Sibt f’Kordin ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). Ikkonferma dan kelliem għall-Pulizija meta kkuntatjat minn talk.mt.

Minbarra t-3 ħaddiema li weġġgħu serjament weġġgħu gravi żewġ ħaddiema oħra waqt li ieħor rnexxielu joħroġ mingħajr ġrieħi wara li qabad ma’ pompa tal-konkos.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia u investigazzjoni mill-Pulizija biex jiġi stabbilit x’ikkawża t-tiġrif tal-binja.

Ekonomija

Sport