Sunday, May 5, 2024

Olivier Giroud isir l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Franza

Aqra wkoll

L-attakkant Franċiż, Olivier Giroud, niżżel ismu fl-istorja wara li fetaħ l-iskor fir-rebħa ta’ 3-1 fuq il-Polonja liema partita kienet valida mir-round tal-Aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja 2022. 

B’dan il-goal huwa sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien tat-team nazzjonali, bi 52 gowl.

Giroud, li għandu 36 sena, għeleb in-nasba tal-offside biex ikkonnettja mal-assist ta’ Kylian Mbappe u b’intuwizzjoni naturali lejn ix-xibka avversarja għeleb lill-goalkeeper, Wojciech Szczesny.

B’hekk l-attakkant ta’ Milan, għeleb ir-rekord tal-leġġendarju Thierry Henry li kien laħaq ir-rekord tiegħu meta skorja fir-rebħa ta’ 4-1 fuq l-Awstralja. 

 Giroud jista’ jqis ruħu fortunat li qed ikun fil-formazzjoni inizjali tat-team immexxi mill-coach, Didier Deschamps, minħabba li dan tal-aħħar tilef is-servizzi tal-attakkant, Karim Benzema, li weġġa’ fit-taħriġ ftit jiem biss qabel il-bidu ta’ din l-edizzjoni. 

Sport