Saturday, December 14, 2024

Jolqot persuna b’vettura u jitlaq mill-post … jirraporta dwar dan xi ħin wara mal-Pulizija tal-Għassa taż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Tal-Barrani fiż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mill-Gambja ntlaqat minn vann li kien telaq mill-post sakemm waslet il-Pulizija. Fil-post issjeħet ambulanza li ħadet lill-midrub lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija bdiet bit-tfittxija għall-vettura involuta meta raġel Taljan ta’ 49 sena residenti Marsaskala daħal fl-Għassa tal-lokalità msemmija qabel biex jirraporta li kien laqat persuna.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Ekonomija

Sport