Wednesday, April 24, 2024

Suċċess kbir b’ċelebrazzjoni ta’ Jum in-Nisa b’risq Hospice Malta

Aqra wkoll

Hospice Malta tixtieq tirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li attendew iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum in-Nisa f’Palazzo Parisio fis-6 ta’ Marzu 2020.

Aktar minn 150 mara nġabru biex jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali, filwaqt li għinu biex jinġabru fondi għal Hospice Malta, NGO li tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva mingħajr ħlas, għal aktar minn 1000 pazjent kull sena. Hospice Malta bħalissa qiegħda tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid li qiegħed jinbena għall-pazjenti tagħhom.

Dawk li attendew l-avveniment ta’ Jum in-Nisa gawdew ġurnata sabiħa b’riċeviment speċjali, grazzi għal diversi sponsors. Hospice Malta organizzat wkoll raffle u qassam rigal żgħir lin-nisa kollha preżenti.

Hospice Malta tixtieq tirringrazzja wkoll  l-isponsers kollha li għenu biex dan l-avveniment kien suċċess fosthom M. Demajo Wines & Spirits Ltd., Piscopo Gardens, Marion Mizzi, JB Stores, Malta Hilton, SV Beauty, ProHealth, Camilleri tal-Helu, Palazzo Parisio, u Francis Busuttil & Sons.

Dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Hospice Malta huma ġentilment imħeġġa jżuru https://hospicemalta.org/product/donation-general/ u jagħmlu donazzjoni online.

Sport