Wednesday, July 24, 2024

Jonathan Bilocca u Liliana Abela jirbħu l-Premier League of Darts

Aqra wkoll

Jonathan Bilocca u Liliana Abela rebħu l-Premier League of Darts fil-kategorija rispettiva tagħhom wara wirjiet pożittivi li kellhom f’din il-kompetizzjoni.

Bilocca għeleb lil Norbert Attard 5-3 fis-semifinali sabiex fil-finali hu kellu jiltaqa’ kontra Albert Scerri. Kienet finali intensiva ħafna fejn fl-aħjar minn 15-il leg l-iskor kien dak ta’ 9-9 biż-żewġ plejers jalternaw il-vantaġġ tagħhom. Kien hawn li kellha tintlagħab is-sudden death fejn kien Bilocca li kien aktar preċiż mill-avversarju tiegħu sabiex ħareġ rebbieħ.

Fi tmiem il-konfront li ntlagħab fil-Birgu Boċċi Club il-president tal-MDA Tony Demanuele ippreżenta t-tazza lil Jonathan Bilocca.

Riżultati:

Semifinali

Norbert Attard – Jonathan Bilocca 3-5

Albert Scerri – Kirsten Aquilina 5-4

Finali

Jonathan Bilocca – Albert Scerri 10-9

Ekonomija

Sport