Jonathan David wasal ilbieraħ fl-ajruport ta’ Milano Malpensa, lest biex jibda l-avventura l-ġdida tiegħu ma’ Juventus. L-attakkant Kanadiż, wara l-inżul, mar direttament il-Continassa – il-kwartieri ġenerali tal-klabb – fejn ġie milqugħ mill-istaff eżekuttiv li akkumpanjah għal ftit ħin.
Aktar tard, David mar il-JMedical biex jgħaddi mill-eżamijiet mediċi neċessarji qabel jiffirma l-kuntratt. L-aħħar dettal tekniku issa jibqa’ biss l-uffiċjalizzazzjoni. Il-ftehim mal-plejer kien diġà ntlaħaq f’dawn l-aħħar jiem.
David deher sodisfatt b’dan it-trasferiment fejn issa qed jittama li jagħti l-kontribut tiegħu għal staġun ferm aħjar minn dak li kellhom i Bianconeri dan l-aħħar.