L-attakkant ta’ 25 sena Jonathan David qed ikompli jiġġenera ħafna interess minn xi klabbs Ewropej wara li żvela li se jkun qed jaqta’ r-rabtiet ma’ Lille u għalhekk ikun aġent ħieles dan is-sajf meta jiskadilu l-kuntratt. David kellu ħames staġuni produttivi fi Franza, iżda lest jibda avventura oħra.
Il-plejer internazzjonali tal-Kanada skorja 23 gowl dan l-istaġun. Fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma’ Ghent fil-Belġju.