Thursday, November 21, 2024

Jonathan Tah segwit minn bosta clubs

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Bayer Leverkusen, Jona­than Tah, kien mistenni li jħalli lill-club dan is-sajf, bil-kuntratt tiegħu jintemm s-sena d-dieħla. Disponibbli b’xejn fi żmien erba’ xhur, mhix sorpriża li huwa diġà qed joħroġ bħala mira ewlenija għal numru ta’ clubs wara staġun stellari.

Barcelona għamlu tentattiv tard biex jiffirmaw lil Tah, iżda jinsabu f’mument diffiċli u b’nuqqas ta’ fondi. Madankollu huma mistennija jkomplu bl-interess tagħhom fil-player ta’ 28 sena. Spinta kbira hija li Bayern Munich, li allegatament qablu t-termini personali ma’ Tah xhur ilu, m’għadhomx l-aqwa kontendenti għall-firma tiegħu.

Il-media Ġermaniża rrapportat li r- relazzjonijiet bejn l-internazzjonali Ġermaniż u n-naħa tal-Bavarja huma tensi, wara li Bayern naqsu milli jiksbu ftehim minn fuq il-linja u ħallewh f’pożizzjoni skomda.

L-informazzjoni tagħhom hija li Ba­yern qegħdin fuq barra jħarsu ‘l ġewwa kif inhuma, għalkemm jidher ċar li dan jista’ jinbidel. Min-naħa l-oħra, Manchester United, Liverpool, Tottenham Hotspur u Chelsea huma kollha msemmijin b’inte­ress fih ukoll.

Tah ikkonferma li mhux se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Leverku­sen, u bħala tali se jkun opportunità fis-suq. Barcelona mhux probabbli li jkunu kapaċi jagħtu lill-clubs Ingliżi battalja f’termini ta’ flus għal Tah, u se tiddependi primarjament fuq it-talbiet tiegħu biex Barcelona jkollhom ċans. Madankollu, b’erbgħa mill-ħames difensuri ċentrali tagħhom bla kuntratt fis-sentejn li ġejjin, Barcelona jistgħu jħossu li ta’ min jiġġebbed għalih.

Sport