Wednesday, October 9, 2024

Manchester United b’telf nett ta’ £113.2m fl-2023-24

Aqra wkoll

Manchester United irrappurtaw telf nett ta’ £113.2 miljuni fis-sena sat-30 ta’ Ġunju, juru l-aħħar kontijiet tagħhom. Dan isegwi telf ta’ £28.7 miljuni fl-2022-23 u £115.5 miljuni fl-2021-22, u l-aħħar ċifri tagħhom jieħdu t-telf totali matul l-aħħar ħames snin għal aktar minn £370 miljun.

Minkejja r-riżultati, il-United mhux mis­tennija li jiksru r-regoli tal-Profitt u s-Sostenibbiltà tal-Premier League għax mhux l-infiq kollu jmur kontra l-kalkoli tagħhom u l-clubs jistgħu jitolbu allowances magħrufa bħala ‘add backs’.

Skont ir-regoli tal-Premier League, il-clubs ma jistgħux jitilfu aktar minn £105 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin u Everton u Nottingham Forest irċevew tnaqqis ta’ punti talli kisru.

Minbarra d-dejn fit-tul ta’ £496.52 miljuni, il-United għandhom ukoll ‘self kurrenti totali’ ta’ £35.6 miljuni, u l-bilanċ pendenti tal-faċilità ta’ kreditu rotanti fit-30 ta’ Ġunju kien ta’ £30 miljun.

Il-United qalu li jistennew li jiġġeneraw bejn £650 miljun u £670 miljun fi dħul is-sena d-dieħla wara li rreġistraw rekord ta’ £661.8 miljuni din is-sena, filwaqt li l-pagi żdiedu b’10% għal £364.7 miljuni.

Dan l-istaġun, Mancehster United, li se jilagħbu fl-Europa League, tilfu żewġ logħbiet mit-tlieta tagħhom fil-Premier League s’issa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport