Saturday, November 23, 2024

Jonathan Young ppreżentat bil-ħmistax-il edizzjoni tal-BOV Premju fil-Mediċina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dr Jonathan Young ġie ppreżentat bil-ħmistax-il edizzjoni tal-BOV Premju fil-Mediċina, premju ppreżentat lill-istudent li jikseb l-ogħla marki fil-kwalifiki finali fil-Mediċina.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta awgura lil Dr Young fil-preżenza tal-Professur Stephen Montefort, Kap tad-Dipartiment tal-Mediċina u Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija fl-Università ta’ Malta. “Partikolarment f’dawn iż-żminijiet diffiċli, il-Bank huwa aktar impenjat li jirrikonoxxi il-ħidma u d-dedikazzjoni li wrew l-istudenti, biex iservu bħala motivazzjoni biex jeċċellaw fl-oqsma tal-istudju tagħhom” iddikjara Charles Azzopardi.

Organizzat mill-Bank of Valletta u l-Fakultà tal-Mediċina fl-Università ta’ Malta, u issa l-ħmistax-il edizzjoni tiegħu, il-premju ta’ din is-sena ġie ppreżentat lir-rebbieħ permezz ta’ laqgħa onlajn f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet attwali tal-Awtorità tas-Saħħa. Dr Young ġie ppreżentat b’ċertifikat kommemorattiv kif ukoll premju fi flus.

Il-Professur Montefort spjega kif il-pandemija tal-COVID-19 kienet ta’ sfida għall-edukazzjoni kemm mill-perspettiva tal-istudenti kif ukoll minn dik tal-fakultà. F’dan ir-rigward, hu rringrazzja lill-Bank of Valletta talli reġa’ rrikonoxxa u appoġġja l-kisbiet murija mill-edukazzjoni. “Bħala dipartiment, kellna naddattaw għal dawn il-mumenti diffiċli, u l-Bank of Valletta reġa’ serva t’għajnuna b’dan it-tip ta’ ġest. Dan il-premju jispira lill-istudenti biex jimmiraw għall-eċċellenza fl-istudji tagħhom”.

Nieħdu din l-opportunità biex nawguraw lil Dr Jonathan Young għall-wirja akkademika impressjonanti tiegħu.

Sport