Thursday, October 10, 2024

Bulgaru l-Isptar wara li ttajjar minn vettura fil-Mosta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel barrani sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-5:45 p.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Bulgaru ta’ 54 sena kien ittajjar minn vettura tal-għamla Opel Astra misjuqa minn anzjan ta’ 68 sena residenti l-Mosta

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel barrani lejn l-Isptar Mater Dei. 

Il-Kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Sport