Thursday, October 10, 2024

L-Indjan li spiċċa bla xogħol u jorqod barra mgħejjun minn ħafna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sfortunatament minħabba l-imxija tal-Covid19, għadd ta’ ħaddiema barranin spiċċaw bla impjieg. Dan wassal biex ma setgħux jibqgħu jgħixu fil-post mikri fejn kienu. Diversi kienu dawk li spiċċaw jorqdu barra. 

Inewsmalta hi infurmata li fejn jidħlu persuni Indjani, ħafna minn dawn kienu mgħejjunin mill-istess Kummissjoni Għolja Indjana. 

Fl-aħħar sigħat kienu qegħdin isiru appelli dwar raġel Indjan, li kien qed jorqod fi ġnien fl-Imsida. Ma ddejjaqx jitkellem ma’ xi persuni dwar dak li għadda minnu u anke ħallihom jiġbdulu ritratt tiegħu biex tqum kuxjenza dwar il-każ tiegħu. L-appelli li saru wasslu biex kienu diversi dawk li taw l-għajnuna tagħhom.

Fil-każ daħlet ukoll il-Kummissjoni Għolja Indjana. Intqal li l-Kummissjoni matul l-imxija tal-pandemija tat għajnuna lil għadd ta’ Indjani li kienu qed jaħdmu f’pajjiżna. L-għajnuna kienet kemm f’ikel kif ukoll biex sabulhom saqaf fuq rashom. Ingħatat anke għajnuna biex dawn jirritornaw lura lejn pajiżhom fejn għal dan anke saret titjira bla ħlas.

Il-Kummissjoni stiednet lil dan ir-raġel biex jagħmel kuntatt magħha.

Sport