Friday, June 21, 2024

JONQOS IL-FAQAR REALI

Aqra wkoll


Il-ħidma u l-isforzi min-naħa talGvern biex kemm jista’ jkun inaqqas il-faqar f’pajjiżna qegħdin iħallu r-riżultati mixtieqa. Dan joħroġ mill-aħħar rapport tal-EU-SILC, li hija l-istatistika Ewropea dwar iddħul u l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Minn dan ir-rapport jirriżulta li lgħadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali issa niżel għal 19.8% tal-popolazzjoni mistħarrġa, li jfisser tnaqqis ta’ 0.3 punti perċentwali fuq l-2022.

Fl-2013 din ir-rata kienet ta’ ftit inqas minn 25%. Mill-banda l-oħra, in-numru ta’ persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar laħħar is-16.6% li jfisser tnaqqis ta’ 0.1 punti perċentwali meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Din kienet ukoll l-aktar rata baxxa reġistrata mill-2017 ’l hawn.

Dawn huma ċifri li juru li aktar nies qed jgħixu ħajja aħjar milli kellhom. Quddiem dan kollu, nemmnu li r-riżultati miksuba ma jiġux missema. Warajhom hemm ħidma sfiqa li teħtieġ pjan u strateġija. Ma nistgħux għalhekk ma nfaħħrux l-inċentivi li qed jidħlu fis-seħħ biex aktar persuni jidħlu fid-dinja taxxogħol u jonqsu dawk dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.

Minkejja dan nifhmu li għalkemm ix-xejra, f’dak li jirrigwardja din l-aħħar statistika, b’mod inġenerali hija waħda inkoraġġanti, tibqa’ l-ħtieġa li ssir aktar ħidma biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Xorta waħda nemmnu li għad fadal xi jsir biex ir-riskju ta’ faqar ikompli jonqos u l-ġid tassew jintlaħaq minn kulħadd. M’għandniex għalhekk indawru wiċċna quddiem realtajiet ġodda li qed jiżviluppaw.

Il-Gvern għandu jiżgura li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura u fejn hemm bżonn jintervjeni anke f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Fil-kuntest ta’ dan kollu ma nistgħux ma nfaħħrux is-sussidju tal-Gvern biex inżammu stabbli l-prezzijiet talenerġija u l-fjuwils, iż-żidiet rekord fil-pensjonijiet, il-benefiċċji tat-tfal, li bla dubju komplew itejbu l-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin.

Għalhekk dawn ir-riżultati pożittivi jridu jittieħdu wkoll f’kuntest ta’ ħidma aktar wiesgħa li qiegħda tolqot etajiet differenti. Filwaqt li lGvern jirrikonoxxi li hemm anzjani u familji li jeħtieġu aktar għajnuna, mhux se jkun qiegħed iħallihom għal riħhom.

Dan konvinti li se jurih b’aktar miżuri fosthom f’dak li se jitħabbar fil-budget li ġej, li filwaqt li se jibni fuq il-budgets ta’ qablu, se jkompli juri r-ruħ soċjali ta’ dan ilGvern.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport