Saturday, December 14, 2024

Jonqsu d-‘dropouts’ mill-post-sekondarja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ippreżenta fil-Parlament in-numru ta’ studenti li matul l-aħħar snin ħallew il-Higher Secondary, il-Junior College u l-MCAST.

Huwa ppreżenta l-istatistika wara talba li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Dwar il-Higher Secondary huwa spjega li bejn l-2017-2018 telqu 219, bejn l-2018 u l-2019 kien hemm 269 ‘dropout’ u bejn l-2019 u l-2020 telqu 209.

Fir-rigward tal-Junior College d-‘dropouts’ fis-sena skolastika 2017-2018 kienu 144 student minn 1,101 student fl-ewwel sena u 25 minn 830 student fit-tieni sena.

Fis-sena skolastika 2018-2019 telqu 124 student minn 980 fl-ewwel sena u 18-il student minn 772 fit-tieni sena.

Fis-sena skolastika 2019-2020 in-numru ta’ ‘dropouts’ kienu 60 student minn 1,064 fl-ewwel sena u 6-il student minn 714 fit-tieni sena.

Dwar l-MCAST il-Ministru Bonnici spjega kif mil-lat ta’ studenti fultajm telqu 751 minn 6,833 student fis-sena skolastika 2017-2018; 764 minn 7,095 fis-sena skolastika 2018-2019 u 303 student minn 7,033 fis-sena skolastika 2019-2020.

Ekonomija

Sport