Saturday, December 14, 2024

Jonqsu dawk jirreġistraw għax-xogħol f’Jannar

Aqra wkoll

F’Jannar li għadda, l-ammont ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien dak ta’ 1,117, li jfisser tnaqqis ta’ 1,558 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li f’Jannar 2022 kien hemm 1,474 persuna inqas jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 84 persuna jirreġistraw taħt Part 2. Il-livell ta’ qgħad irreġistrat naqas fil-gruppi kollha ta’ etajiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa naqsu konsiderevolment. Kien irreġistrat ukoll tnaqqis fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena. 

In-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol żdied bi tnejn biex issa jlaħħaq il-253 persuna, b’74.3% minnhom ikunu rġiel. 

Ekonomija

Sport