Tifel ta’ 11-il sena allegatament qatel lil ħuh ta’ 5 snin waqt li kien rieqed wara l-iskola. Dan il-każ seħħ f’Colorado fl-Istati Uniti.
Elias Relifor, il-vittma, instab mejjet id-dar mill-familja tiegħu. Investigazzjonijiet li saru mill-pulizija wasslu biex jarrestaw lil ħuh ta’ 11-il sena u li anke tressaq il-Qorti akkużat bi qtil.
Jirriżulta li mat-tfal kien hemm iz-zija tal-missier u fl-investigazzjonijiet qalet li t-tifel il-kbir kellu jagħmel xi xogħol tad-dar filwaqt li ħuħ iż-żgħir kien rieqed. “Dak il-ħin seħħ kollox…” qalet iz-zija.
Il-Pulizija ddeċidew li ma jgħidux kif inqatel it-tifel minħabba li għandhom taħt l-età, iżda qalu li dan id-delitt seħħ bl-aktar mod makabru li wieħed jista’ jimmaġina b’mod speċjali fuq it-tfal.

