Friday, December 20, 2024

Joqtol tliet uffiċjali u jħalli ieħor midrub wara rapport ta’ każ ta’ vjolenza domestika fi Franza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet uffiċjali tal-Pulizija nqatlu u ieħor indarab fi sparatura fiċ-ċentru ta’ Franza. Skont l-ewwel rapporti jidher li l-aggressur li aġixxa waħdu qatel uffiċjal u darab ieħor wara li dawn intervjenew fuq rapport ta’ każ ta’ vjolenza domestika f’residenza f’Puy-de-Dome.

Jidher li li l-aggressur ta n-nar lir-residenza ftit qabel spara fuq żewġ uffiċjali oħra li sfortunatament mietu wkoll fl-isparatura. Skont il-midja Franċiża, is-suspettat irnexxielu jaħrab mill-post.

Uffiċjali oħra assistew il-mara li rnexxielha toħroġ min-nirien mingħajr ġrieħi wara li telgħet fuq is-saqaf tar-residenza.

Il-Ministru għall-Intern fil-pajjiż ikkonferma l-fatalitajiet, b’wieħed mill-uffiċjali li tilfu ħajjithom kellu biss 21 sena.

Ekonomija

Sport