Monday, July 13, 2026
Home Aktar Tindarab gravi wara li waqgħet għal ġo bitħa fl-Imsida

Tindarab gravi wara li waqgħet għal ġo bitħa fl-Imsida

0
700

Mara ndarbet gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00p.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq l-Isqof F.S Caruana fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar rriżulta li mara ta’ 26 sena kienet waqgħet minn tieqa u ġiet f’bitħa.

Fil-post ġiet imsejħa ambulanza u tim mediku li assistew lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.