Friday, November 15, 2024

Jordan Azzopardi jhedded lis-sieħba: “kulma tieħu €20 t’aċtu biex inqaxxarlek wiċċek u sidrek”

Aqra wkoll

Jordan Azzopardi magħuf aħjar bħala l-El Chapo ta’ Malta, illum reġa’ tressaq il-Qorti wara li allegatament ilbieraħ hu hedded lis-sieħba tiegħu.

Azzopardi li għandu 33 sena ġie akkużat li lbieraħ wettaq vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu. Fil-fatt is-sieħha ta’ Azzopardi lbieraħ marret tagħmel rapport u tfittex l-għajnuna mit-taqsima tal-pulizija tal-Vjolenza Domestika. Hija rraportat li Azzopardi beda jheddida li se jwaddabha mill-gallarija għal isfel. Il-vittma hija omm ta’ ħamest itfal.

Skont il-Prosekuzzjoni kollox beda meta hi qalet lil Azzopardi li mhux se toqgħod tnaddaf il-passi li kien qed iħalli warajh fid-dar. L-argument tant kemm eskala li allegatament hu ebda jxejjer sikkina u anke jheddida.

Fi ftit sigħat hija rċiviet diversi messaġġi mingħand Azzopardi. Fost dawk li qallha kien hemm “kulma tieħu €20 t’aċtu biex inqaxxarlek wiċċek u sidrek”. Theddida oħra kienet “din id-darba se tkun waħda kbira”. It-theddid kien ukoll fil-konfront ta’ uliedha, li l-ebda wieħed minnhom mhu wild tal-akkużat.

Ekonomija

Sport