Wednesday, October 30, 2024

Jordan Azzopardi jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Jordan Azzopardi, imlaqqam l-El Chapo ta’ Malta ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li xahrejn ilu reġa’ ġie arrestat fil-Madliena waqt operazzjoni kontra t-traffikar tad-droga.

L-akkużat ta’ 32 sena tressaq il-Qorti mixli bi 13-il kap ta’ akkuża fosthom li kiser l-kundizzjonijiet tal-Qorti, li kellu d-droga kokaina mhux għall-użu esklussiv tiegħu, saq karozza b’mod perikoluż u li pprova jaħrab lill-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti kif fit-22 ta’ Lulju rċevew informazzjoni li Azzopardi kien għadu kemm kien involut f’attività marbuta ma’ droga. Kompliet biex tispjega li wara li ngħataw dettalji tal-karozza li kien qiegħed isuq, il-Pulizija lemħet il-karozza li kienet taqbel mad-deskrizzjoni qrib Busietta Gardens fis-Swieqi. Filwaqt li l-Pulizija għalqet it-triq biex isir l-arrest, l-akkużat rriversja, għadda min-naħa l-oħra tat-triq. Waqt li pprova jaħrab huwa laqat xi karozzi oħra u saħansitra ntlemaħ jarmi pakkett li aktar tard kien irkuprat mill-Pulizija u rriżulta li kien fih 130 gramma suspettata kokaina. Azzopardi twaqqaf mill-pulizija xi ħin wara.

Min-naħa tiegħu Jordan Azzopardi qal li hu impjegat u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija mill-qorti s-sena li għaddiet

Din il-ġimgħa, id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono, Marion Pace, Roberto Montalto, u Charles Mercieca talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras laqgħet din it-talba l-ħelsien mill-arrest lil Azzopardi fuq depożitu ta’ €8,500 u garanzija personali ta’ €12,500. Huwa ġie ordnat ukoll jiffirma fl-Għassa tal-pulizija kuljum u ma joħroġx mid-dar bejn it-8.00 p.m u s-6.00 a.m.

Is-sena l-oħra, Azzopardi kien ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €150,000 b’rabta ma’ każ ieħor relatat ma’ droga.

Sport