Sunday, July 26, 2026
Home Sport Jordan Pickford se jiffirma kuntratt fit-tul ma’ Everton

Jordan Pickford se jiffirma kuntratt fit-tul ma’ Everton

0
90

Il-goalkeeper internazzjonali Ingliż Jordan Pickford se jkun qed jiġi offrut kuntratt ġdid mill-klabb tiegħu Everton. Fil-fatt qed jiġi msemmi ftehim li jtul sa Ġunju 2030. Hu sar l-idolu tal-partitarji tat-Toffees u din hi aħbar tajba għalihom.

Fl-istess waqt Everton iridu jxejnu l-interess ta’ Barcelona u Bayern Munich li wkoll iridu s-servizzi tiegħu.

Pickford għandu 30 sena u lagħab 270 darba ma’ Everton.