Sunday, May 5, 2024

Jose Borg jirbaħ l-unur tal Assikura Womens League Coach tat-Tieni Round

Aqra wkoll

Jose Borg, coach tat-team tan-nisa ta’ Birkirkara, rebaħ l-unur tal Assikura Womens League Coach tat-Tieni Round.

Taħt il-gwida ta’ Jose, it-team tan-nisa ta’ Birkirkara għadu mhux megħlub dan l-istaġun u fit-triq it-tajba biex jerġa’ jirbaħ il-kampjonat hekk kif qed jaqbżu lil Swieqi United fit-tieni post b’sitt punti fil-quċċata tal-klassifika.

L-Istripes, li rebħu wkoll is-Super Cup tan-Nisa Assikura dan l-istaġun, jinsabu fuq sensiela ta’ disa’ rebħiet konsekuttivi.

Micol Borg Hefford, f’isem Assikura Insurance Brokers PCC Limited, ippreżentat l-premju lil Jose Borg innifsu.

Sport