Saturday, May 4, 2024

Jose Mourinho jikteb l-istorja ma’ Roma

Aqra wkoll

Il-coach Portugiż, Jose Mourinho, nhar l-Erbgħa kiteb l-istorja ma’ Roma meta saru l-ewwel team li rebaħ l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League.

Mourinho deher emozzjonat għall-aħħar wara s-suffara finali hekk kif il-Giallorossi għelbu lil Feyenoord bl-iskor ta’ 1-0 b’goal ta’ Nicoló Zaniolo … fl-ewwel finali wara 28 sena meta fl-1984 kienu tilfu ċ-Champions Cup kontra Liverpool.

Huwa faħħar lit-team tiegħu għal dan il-vjaġġ li prattikament kien wieħed diffiċli.

Dan kien ukoll l-ewwel unur għal Roma wara nuqqas ta’ 14-il sena meta kienu rebħu l-Coppa Italia fl-2007-08.

Huwa qal: “Ilni ma’ Roma għal 11-il sena. Mill-ewwel ġurnata li wasalt f’dan il-club kont naf xi tfisser l-imħabba tal-partitarji għal dan il-club.

Ilhom jistennew dan il-mument għal bosta snin.

Irrid nagħti mertu lil kull min jaħdem fi ħdan il-club għax flimkien ktibna l-istorja.

“Se nibqa’ ma’ dan il-club biex inkomplu nsaħħu l-iskwadra tagħna u nkomplu naħdmu fuq dan il-proġett. Irrid nirringrazzja lis-sidien għax kienu fantastiċi.

“Issa se mmur għal btala … inpoġġi fuq bajja … nistrieħ … u naħseb fuq dan is-suċċess!”

Sport