Monday, May 13, 2024

Jose Mourinho jrid lil Paulo Dybala jingħaqad ma’ Roma

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Roma, Jose Mourinho, stqarr li jrid jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali tal-Arġentina, Paulo Dybala. 

Wara nhar il-Ħadd li għadda Dybala sellem lill-partitarji Bianconeri għall-aħħar dehra tiegħu fl-Allianz Stadium wara li kien ilu magħhom seba’ snin, se jkun player liberu fi tmiem l-istaġun minħabba ma ntlaħaqx ftehim biex jiġġeddidlu l-kuntratt. 

Kien qed jiġi rappurtat li Dybala kien qed jiġi segwit minn Inter, Tottenham Hotspur, Arsenal u Atletico Madrid.

Iżda issa daħlu Roma għall-firma tiegħu biex jagħmel tajjeb għat-tluq ta’ Nicoló Zaniolo li ħabbar li se jħalli lill-Giallorossi. 

Sport