Sunday, May 19, 2024

Jose Mourinho qatt ma rebaħ lill-ex team tiegħu

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej il-konfront mis-Serie A Taljana bejn Inter u Roma hu ferm mistenni. Esperti fl-istatistika tal-football Taljan qalu li kemm ilu kowċ ta’ Roma, Jose Mourinho qatt ma rnexxielu jegħleb lill-ex team tiegħu Inter.

Fil-fatt s’issa fi tliet logħbiet li ntlagħbu The Special One tilifhom kollha u ironikament kontra l-coach Simone Inzaghi. Bosta qed jgħidu li l-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa tista’ tkun indikattiva tal-kumplament tal-istaġun għaż-żewġ timijiet hekk kif it-tnejn ġejjin minn telfiet xejn mistennija.

Sport