Hekk kif fadal disa’ logħbiet għal tmiem il-kampjonat, il-futur ta’ Jose Mourinho bħala coach ta’ Roma għadu mhux ċert.
Bosta qed jgħidu li ‘The Special One’, se jistenna jekk il-Giallorossi jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej bir-raba’ post filwaqt li qed jistenna xi akkwist ta’ kalbru sabiex ikun jista’ jsaħħaħ l-iskwadra.
Minkejja kollox, hu jaf ukoll li d-diriġenti mill-belt kapitali Taljana jridu jċedu plejer sabiex jixtru ieħor fit-tentattiv li jibbilanċjaw il-kontijiet tagħhom.
Mourinho ilu jmexxi lil Roma sa minn Ġunju 2021 u magħhom rebaħ l-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-UEFA Europa Conference League.