Saturday, May 4, 2024

Josep Borrell “b’tama” li Malta ma tirtirax mill-proġett Irini

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Ir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika barranija u l-politika tad-difiża, Josep Borrell qal li tkellem mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti u jħoss li dan fehem il-messaġġ li Malta m’għandhiex tirtira mill-proġett Irini. 

Wara li l-ġimgħa l-oħra Malta ħabbret li kienet se tirtira minn dan il-programm, peress li ħassitha abbandunata mill-kumplament tal-istati membri fir-rigward tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni, jidher li din il-kwistjoni qamet waqt lagħqa tal-Ministri tad-Difiża Ewropej u Borrell qal li indirizza lill-Ministru Malti, Evarist Bartolo u għamilielu ċara li din il-missjoni tista’ tgħin biex jonqsu l-immigranti. 

Hu qal li s-soluzzjoni mhix li Malta tirtira minn din il-missjoni, li l-għan tagħha qal li trid tistabbilizza lil-Libja u għalhekk tnaqqas l-immigrazzjoni. 

Skont Borrell, il-Ministru Malta fehmu u għalhekk qal li jittama li l-ostakli issa huma taħt kontroll u l-Irini tista’ tibda fil-ġranet li ġejjin.

Sport