Patricia Azzopardi mhux se tkun qiegħda tibqa’ tokkupa l-kariga bħala direttur għall-Ħarsien tal-Annimali.
Joseph John Vella se jkun qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Aġent Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali għaż-żmien li ġej.
Ħabbret dan is-Segreterju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ftit tal-minuti ilu. Hija qalet li b’din id-deċiżjoni se tkun qiegħda tħares ‘il quddiem sabiex il-benesseri tal-annimali jibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom.