Tuesday, May 14, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ taraġ fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Raġel Skoċċiż jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-2:15 p.m, kien involut f’inċident fi Triq il-Mediterran, il-Belt Valletta. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 81 sena kien waqa’ waqt li kien nieżel taraġ u sofra xi ġrieħi. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport