Matul il-ġurnata tal-lum, delegazzjoni mill-klabb ta’ Ħamrun Spartans żaru l-Vatikan fejn Joseph Portelli flimkien ma’ Marcel Bonnici ppreżentaw flokk tal-istess klabb lil Papa Franġisku.
Kien l-Ambaxxatur Malti għal Vatikan Frank Zammit li f’kummenti li tella’ fuq il-midja soċjali tal li “Ad unur id-disa’ kampjonat mirbuħ minn Ħamrun Spartans FC, illum iffaċilitajt laqgħa għal delegazzjoni mill-Kumitat ta’ Ħamrun Spartans mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku”.
Hu kiteb li hekk kif intemmet l-Udjenza Ġenerali li ssir kull nhar t’Erbgħa, Papa Franġisku sab il-ħin biex jitekllem mal-uffiċjali ta’ Ħamrun Spartans.
Min-naħa tiegħu Papa Franġisku ta lil Joseph Portelli zucchetto li se tkun qiegħda titpoġġa fil-bini tal-każin tal-istess klabb.