Sunday, December 22, 2024

Joseph Zerafa… b’esperjenza ġdida mal-club ta’ Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tie­għek lejn il-football?

Ngħidlek il-verità lanqas jien stess ma naf għax fil-familja ħadd ma jilgħab il-football. Kont noqgħod ħafna man-nanniet u darba minnhom in-nannu kien ħadni l-ground ta’ Sirens. 

Missieri kien iħobbu l- football imma qatt ma kien jilgħabu. Peress li kont noqgħod ħafna man-nanna kont immur il-ground ta’ Sirens … kemm naqsam it-triq. 

Imbagħad, fl-1997, infetħet in-nursery ta’ Mgarr United u dħalt fiha għax kont noqgħod hemm.

X’tikkummenta fuq l-esperjenza li kellek ma’ Valletta FC u kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida ma’ Hibernians FC?

Erba’ snin u nofs ilu ddeċidejt li ridt nirbaħ kemm nista’ trofej fl-aħħar stadji tal-karriera tiegħi u għalhekk għażilt lil Valletta. 

Meta tilbes dak il-flokk abjad, naħseb tkun ilħaqt il-quċċata tal-karriera tie­għek. Tibda tiftakar kemm players tajbin kellu dan it-team glorjuż. Magħhom irnexxieli nirbaħ darbtejn il-kampjonat u għext mumenti sbieħ u deċiżivi. 

Lgħabt mal-aqwa f’Malta u fl-aħħar irbaħna kull tazza li hemm u dan qatt ma jien se  ninsieh. Nirringrazzja lil Valletta FC talli tawni l-opportunità li nil­għab ma’ wieħed mill-aqwa clubs fl-istorja tal-football Malti.

Il-passjoni li għandu dan il-club hija inkredibbli u nemmen li l-logħob ma’ Valletta huwa tassew ta’ ħtieġa biex player lokali jesperjenza l-aqwa emoz­zjonijiet tal-football Malti.

Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-partitarji leali li dejjem kienu warajja u lit-team f’dawn l-aħħar snin speċjalment  l-aħħar sen­tejn meta l-club kien għaddej minn perjodu ta’ transizzjoni.

Mhux faċli li club bħal Valletta jgħaddi minn din it-transizzjoni meta lkoll nafu li r-rebħ huwa l-unika għażla għal dan il-club.

Iżda għal darb’oħra nirringrazzja lill-partitarji leali kollha li baqgħu wara l-club u nirringrazzja wkoll lil kull min fl-aħħar jiem bagħatli messaġġi u ċempilli biex jifraħli għal dan il-kapitlu ġdid fil-karriera tiegħi. 

Mhux faċli li tinfired minn ma’ dan il-club, imma nemmen li Hibernians għandhom l-istess ambiz­zjoni li kellhom Valletta meta ngħaqadt magħhom erba’ snin u nofs ilu u għaldaqstant nemmen li din kienet deċiżjoni tajba mill-partijiet kollha. 

Dis-sena ma tantx kelli relazzjoni tajba mal-coach, Jose Antonio Cardoso Men­des, u għalhekk bdejt insibha difficli biex ikolli l-kampjonat li xtaqt u għaldaqstant bdejt inħoss li l-karriera tiegħi bdiet toqrob lejn it-tmiem tagħha.

Iżda mbagħad irċevejt telefonata mingħand Hibernians u ovvjament meta int filli qed tħossok lanqas qed tilgħab ma’ club li għaddej minn transizzjoni u f’daqqa waħda jikkuntattjak club li qed jisfida għar-rebħ tat-titlu … dan kollu reġa’ mlieni b’kunfidenza kbira u erġajt bdejt nemmen fija nnifsi. 

Rigward Valletta, kuntent ħafna wkoll li kont parti mill-iskwadra fl-ew­wel sena tiegħi li għandha r-rekord li sofriet l-inqas goals fil-kampjonat, jiġifieri 11-il goal biss, u rbaħna wkoll id-double. 

Intant, waħda mill-affarijiet li xprunatni biex niċċaqlaq ukoll hi li ma’ Hibernians nista’ nikser ir-rekord ta’ logħob milgħuba fl-Ewropa li bħalissa qiegħed għand Roderick Briffa u minħabba l-fatt li Hibernians f’dawn l-aħħar żminijiet dejjem ipparteċipaw għax kienu fin-naħat ta’ fuq tal-klassifika, iktar għandi ċans nagħmilha magħhom.

Iżda, irrid nieħu l-opportunitá biex ngħid ngħid: “Grazzi Valletta u nawguralkom għall-futur’!

Ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-esperjenza li kellek qabel ma’ Birkirkara. X’tikkummenta?

Kienu Birkirkara li introduċewni fil-Kampjonat Premier Malti u magħhom irnexxieli niżviluppa l-ħiliet tiegħi bl-aqwa mod possibbli. 

Kelli ċ-ċans nilgħab ukoll fil-kompetizzjoni Ew­ropej speċjalment fil-famuża UEFA Europa League u dawn kollha huma meqjusa bħala esperjenzi sbieħ. 

Ma nista’ ninsa qatt l-esperjenza meta bħala Bir­kirkara, konna l-ewwel team Malti li ksibna post fit-tielet round tal-Europa League waqt li ksibna wkoll rekord tajjeb hafna ta’ 13-il rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat Premier. 

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-grounds Maltin fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv?

L-Istadium Nazzjonali ħadd ma jgerger minnu speċjalment bl-aħħar investiment li sar fuq il-ħaxix tiegħu. 

Rigward Tony Bezzina Stadium, dan hu l-uniku ground, barra l-Istadium Nazzjonali li fih il-ħaxix naturali u jekk jieħdu ħsiebu sew kif persważ li jagħmlu, huwa wieħed mill-aħjar postijiet fejn jintlagħab il-football. 

Kemm ilek tilgħab fil- Kampjonat Premier? Kif rajtu jinbidel il-football Malti?

Issa ilni għal dawn l- aħħar 16-il sena nilgħab f’dan il-kampjonat. Il-football Malti esperjenza bid­liet radikali f’dawn l-aħħar għaxar snin. 

Nemmen li kieku bqajna bi tliet plejers barranin, kien ikun aħjar. Qabel kien ikollok budget ta’ tliet players barranin u ġeneralment kienu jkunu players ta’ kalibru. 

Issa kiber wisq fin-numru u saħansitra hemm pjan li nkomplu niżdiedu. Kif għedtlek, in-numru ta’ ti­mi­jiet fl-ogħla diviżjoni Maltija żdied u hawn rajt li nbidel il-livell. 

Madankollu xorta ma nis­tax ngorr mill-faċilitajiet eżistenti fejn nilagħbu għax kien hemm titjib kbir.

Dejjem nittamaw li nkomplu naraw aktar qab­ża fil-kwalitá għall-ġid tal- football Malti in ġen­erali.

B’xorti tajba tneħħa l-format li jinqasmu l-punti minħabba li dan ma kienx jagħmel sens għaż-żmini­jiet tal-lum. 

Dejjem hemm lok biex nitjiebu iżda l-MFA qed tagħmel li tista’ sabiex dej­jem ikun hemm pass ‘il quddiem. 

Nitkellmu issa dwar l-esperjenza tiegħek mat-team nazzjonali Malti. Inkun kor­rett jekk ngħid li waħda mill-aqwa wirjiet tiegħek kienet fl-Istadium Nazzjo­nali meta lgħabtu kontra l-Ingilterra?

Nasal biex naqbel mie­għek! Minkejja li dakinhar tlifna bl-iskor ta’ 4-0, jien tajt l-aqwa tiegħi meta tqis li quddiemna kellna players żgħażagħ li iżda kel­lhom esperjenza kbira fl- ogħla livell tal-football mon­djali. 

Kienet waħda mil-logħbiet fejn jien lgħabt b’mod regolari u li ppruvajt nagħti sehmi fid-dipartiment di­fensiv. 

Kontra l-Italja setgħet kienet ukoll logħba oħra li stajt lgħabt fiha iżda min­kejja li ġejt mgħajjat, ma kontx inkluż fil-formazzjoni inizjali.

Għandek xewqa li tirritorna tilgħab mat-team naz­zjonali Malti?

Fil-veritá hi xewqa li nixtieqha li terġa’ ssir realtá.

Hija xi ħaġa sabiħa li nilgħab mat-team nazzjo­nali ta’ pajjiżi wara li rnex­xieli nagħmel dan għal 34 darba fil-passat. 

Jien ninsab dejjem għad- dispożizzjoni tal-coach Devis Mangia li nqisu bħala coach mill-aqwa li ġab ambjent ferm professjonali. In

Ekonomija

Sport