Wednesday, April 24, 2024

Tennis: Wimbledon se jkun l-uniku kenn għal Novak Djokovic?

Aqra wkoll

Jidher li l-Grand Slam ta’ Wimbledon se jkun l-uniku kenn għal Novak Djokovic wara li l-gvern Franċiż ħabbar li se  jiġi eskluż mill-Open ta’ Franza jekk ma jitlaqqamx konta l-Covid-19.

Il-Ministeru tal-Isport f’Pariġi ddikjara li atleti ta’ elite mhux vaċċinati mhux se jkunu eżentati milli jkollhom bżonn pass tas-saħħa tat-tilqim biex jattendu Roland Garros f’Mejju u avvenimenti sportivi oħra fil-pajjiż.

Jekk it-tennista Serb ikompi jwebbes rasu u ma jitlaqqamx, mhux se jitħalla wkoll li jieħu sehem fil-US Open. L-organizzaturi ta’ dan il-Grand Slam li jintlagħab f’Indiana Wells se jagħmlu t-titqiba tal-vaċċin obbligatorja biex l-atleti jieħdu sehem fl-avvenimenti sportivi.

Għaldaqstant Wimbledon jista’ jkun l-uniku ċans ta’ Djokovic li jżid mal-Grand Slam tiegħu ta’ 20. 

L-All England Club jgħidu li għadu kmieni wisq biex jieħdu pożizzjoni u li se jaderixxu mal-politika tal-gvern. Teżisti wukoll il-possibbiltà li Djokovic jilgħab fi Queen’s dan is-sajf.

Sport