Wednesday, July 24, 2024

Joshua Zirkzee segwit minn Milan

Aqra wkoll

AC Milan se jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiksbu lill-attakkant ta’ Bologna Joshua Zirkzee. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u mistenni jieħu post Olivier Giroud li se jmur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikan.

Il-plejer Olandiż spikka ferm ma’ Bologna fl-istaġun eċċezzjonali li kellhom b’Milan li jekk jakkwistawh iridu jħallsu l-klawsola ta’ €40 miljun. L-aġent tiegħu Kia Joorabchian beda jinnegozja mad-diriġenti Rossoneri sabiex jasal għal xi forma ta’ kompromess.

Ekonomija

Sport