Josko Gvardiol mistenni jibqa’ ma’ RB Leipzig fis-sajf minkejja l-ispekulazzjoni li Tottenham Hotspur qed iżommu ħarsithom mill-viċin fuq l-internazzjonali Kroat.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kien maħsub li kien wieħed mill-miri ta’ trasferiment ta’ Antonio Conte fis-sajf hekk kif Spurs qed ifittxu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom, iżda jidher li se jkollhom ifittxu x’imkien ieħor biex ifittxu difensur ċentrali ġdid.
Gvardiol qed igawdi l-esperjenza mal-kwarti finalisti tal-Europa League, bid-difensur ċentrali jidher li jinsab kuntent taħt il-gwida ta’ Domenico Tedesco, li biddel l-istaġun ta’ Leipzig wara t-tluq ta’ Jesse Marsch.
Huwa mifhum ukoll li Leipzig ma jkunux lesti li jħallu lil wieħed mid-difensuri ewlenin tagħhom, li huwa kkuntrattat biex jibqa’ fir-Red Bull Arena sa mill-inqas l-2026.
Gvardiol, li għamel 39 dehra mat-tim tiegħu dan l-ista;un, kien player ewlieni fit-team ta’ Leipzig li bħalissa qed igawdi minn serje ta’ 12-il logħba bla telfa.
Li kieku RB Leipzigkellhom offerti għal Gvardiol, allura ħlas ta’ madwar €50m jista’ jiġbed l-attenzjoni tagħhom, iżda kif inhi s-sitwazzjoni, id-difensur se jkun qed jilgħab ma’ Leipzig ukoll matul l-istaġun li ġej.