Friday, November 22, 2024

Juan Cuadrado jingħaqad ma’ Inter

Aqra wkoll

Inter iffirmaw lill-winger tal-Kolombja, Juan Cuadrado, 35 sena, b’kuntratt ta’ sena wara li ħalla lir-rivali tas-Serie A, Juventus. Huwa jasal f’San Siro bi transferiment ħieles wara li rebaħ 11-il trofew fi tmien snin mal-Bianconeri.

Cuadrado, li lagħab ukoll ma’ Udinese, Lecce u Fiorentina, sieħeb lil Juve b’mod permanenti fl-2017 wara li inizjalment ingħaqad magħhom b’self mingħand Chelsea.

“Hu ta’ unur li qiegħed hawn f’wieħed mill-akbar timijiet fl-Ewropa.

Kelli ħafna offerti, iżda l-Italja hija t-tieni dar għalija. Il-familja tiegħi hija marbuta ħafna ma’ dan il-pajjiż, u kien hemm l-opportunità li nibqa’ hawn u nilgħab ma’ team kbir bi storja meraviljuża.

“Għażilt lil Inter għax ilkoll nafu x’jirrap­preżentaw fuq livell globali. L-importanti hu li jien u l-familja tiegħi nħossuna tajjeb. Kellna l-opportunità li nibqgħu f’post li, għalina, huwa d-dar. Ċertament li hija l-aħjar għażla.”

Sport