Monday, October 14, 2024

Juan Mata jmur jilgħab fil-Ġappun

Aqra wkoll

L-eks midfielder ta’ Spanja, Juan Mata, 35 sena, ingħaqad mal-club tal-ogħla livell Ġappuniż, Vissel Kobe, bi transferiment ħieles. Fl-Ingilterra huwa lagħab ma’ Chelsea u Manchester United, u kien agent ħieles wara li ħalla lil Galatasaray fl-1 ta’ Lulju.

Fl-istaġun li għadda huwa għen lil Gala jirbħu l-kampjonat Tork iżda tħabat għall-football regolari fl-ewwel tim.

Huwa rebaħ iċ-Champions League ma’ Chelsea, li ngħaqad magħhom mingħand Valencia, kif ukoll l-Europa League u l-FA Cup kemm mal-Blues kif ukoll mar-Red Devils waqt li kien fl-iskwadra ta’ Spanja li fl-2010 rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel.

Sport