Monday, December 23, 2024

Jude Bellingham irrabjat għal Liverpool

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmun, Jude Bellingham, irrabjat għas-sidien ta’ Liverpoool, Fenway Sports Group, wara li rtiraw mill-interess li jiffirmawh fis-sajf li ġej. 

Huwa sostna li t-taħdidiet bejn l-aġent tiegħu u l-club ta’ Liverpool kienu ilhom għaddejjin fejn saħansitra ntlaħaq ftehim li kif jintemm l-istaġun huwa jmur jilgħab f’Anfield irrispettivament jekk jikkwalifikawx għall-UEFA Champions League. 

Huwa stqarr li fl-ebda mument ma Liverpool taw xi forma ta’ indikazzjoni li kienu se jirtiraw meta kellu qalbu marbuta li jingħaqad mar-Reds. 

Din l-aħbar ġiet bħala xokk għalih kif ukoll għal miljuni ta’ partitarji madwar id-dinja minħabba li Bellingham kien fuq l-aġenda tat-trasferimenti. 

Aktar minn hekk, il-familjari tiegħu huma partitarji kbar ta’ Liverpool u ma kien qed jikkunsidra lil ebda club ieħor. 

Skond rapporti, Bellingham innifsu se jaħdem biex dan it-trasferiment iseħħ u għaldaqstant għandu jibda laqgħat mal-club tiegħu fil-Ġermanja bil-possibbiltá li din il-kwistjoni tissolva kemm jista’ jkun malajr. 

Ekonomija

Sport