Monday, May 13, 2024

Il-Finlandiż Zilliacus jirtira mill-bejgħ ta’ Manchester United

Aqra wkoll

In-negozjant Finlandiż, Thomas Zilliacus, irtira mill-bejgħ ta’ Manchester United fejn qal li dan il-proċess sar farsa.

Huwa akkuża lis-sidien attwali, il-familjar Glazer, li ma għandhom l-ebda rispett lejn il-club.

Ma jistax jifhem l-anqas għaliex il-proċess dieħel fit-tielet round tiegħu li mhux se jagħti ċans lis-si­dien il-ġodda jibnu skwadra għall-istaġun li ġej. Peró huwa saħaq li din ma hija xejn ħlief logħba tal-Glazers li ma jridux ibiegħu … jew jekk iva … iridu s-somma ta’ £6 biljuni  li hija ċifra ferm eċċessiva.   

Sport