Jude Bellingham reġa’ ġie vvutat bħala l-aqwa żagħżugħ tas-sena, dejjem skont l-IFFHS (The International Federation of Football History & Statistics). Hu għeleb lill-kollega tiegħu Jamal Musiala li spiċċa fit-tieni post għat-tieni sena konsekuttiva.
Għal Bellingham, din kienet sena mill-aqwa hekk kif wara staġun pożittiv ma’ Borussia Dortmund, hu ġie trasferit lejn Real Madrid fejn litteralment sploda fil-wirjiet tiegħu u skorja 13-il gowl f’16-il partita.
Ħafna faħħru din l-għażla minħabba li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena għandu talenti mill-aqwa u futur mill-isbaħ quddiemu.