Monday, May 13, 2024

Wieħed mill-aktar attakki qattiela fuq ir-Russja sa mill-bidu tal-invażjoni

żewġt itfal fost il-vittmi

Aqra wkoll

Il-Lbiċ tar-Russja safa fil-mira ta’ attakki fatali mill-ajru mwettqa mill-Ukrajna matul l-aħħar 24 siegħa. Dan huwa wieħed mill-aktar attakki qattiela fuq ir-Russja matul il-gwerra s’issa – wara kważi sentejn ta’ ġlied.

Il-Ministeru tal-emerġenza Russu qal li 14-il persuna inkluż żewġt itfal inqatlu u aktar minn 100 oħrajn ndarbu fil-belt ta’ Belgorod.

Uffiċjali tas-sigurtà Ukreni kkonfermaw li huma responsabbli minn dawn l-attakki u qalu li din hija proprju reazzjoni għall-attakki terroristi min-naħa tar-Russja. Barra minn hekk huma qegħdin jagħtu l-ħtija lill-awtoritajiet Russi fejn jidħlu mwiet ta’ ċittadini għax skonthom id-drones tagħhom kienu mmirati għall-infrastruttura militari.

L-attakki tal-lum isegwu attakki Russi fuq l-Ukrajna li seħħew ilbieraħ u li skont il-President Volodymyr Zelensky qatlu 39 persuna.

Bliet madwar l-Ukrajna ġew attakkati, inklużi l-kapitali Kyiv, Lviv fil-punent, Odesa u Zaporizhzhia fin-nofsinhar, u Dnipro u Kharkiv fil-Lvant.

Sport