Wednesday, April 24, 2024

Jude Bellingham mhux mistenni jmur jilgħab fil-Premier League

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, mhux mistenni jmur jilgħab fil-Premier League fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, li kien marbut ma’ Liverpool, Manchester City u Manchester United, sar player regolari għall-club tal-Bundesliga minn meta ngħaqad mill-club tat-tfulija Birmingham City fl-2020.

It-tliet clubs huma ħerqana li jakkwistaw lil Bellingham is-sena d-dieħla, madankollu club potenzjali tal-Premier League mhux probabbli li jiffirmah fl-2022.

Peress li l-attakkant ta’ Dortmund Erling Braut Haaland huwa wkoll mira għal diversi timijiet elite fl-Ewropa, il-club Ġermaniż mhux lest li jbigħ liż-żewġ players fl-istess tieqa ta’ trasferimenti.

Il-klawsola ta’ release ta’ £68 miljun ta’ Haaland issir attiva fis-sajf li ġej u allura t-tluq tiegħu huwa aktar probabbli minn dak ta’ Bellingham, li huwa stmat li jaqbeż il-£100 miljun.

Bellingham, li għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu, beda bl-aħjar mod l-istaġun il-ġdid, fejn skorja żewġ goals u pprovda erba’ assists f’seba’ dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport