Friday, November 22, 2024

Judo: Katryna Esposito eliminata

Aqra wkoll

Il-Judoka Maltija, Katryna Esposito, ġiet eliminata mir-round ta’ 32 minn dik tal-Mongolja, Baasankhuu Bavuudorj, fil- kategorija ta’ Taħt it-48 kg.

Hija kellha bidu ferm tajjeb fid-debutt tagħha fl-Olimpjadi iżda fil-veritá l-avversarja tagħha kienet waħda diffiċli hekk kif aktar kmieni din is-sena rebħet il-kampjona tad-dinja, f’Abu Dhabi.

Bavuudorj wettqet Waza-ari li kienet segwita minn Shido. Iżda l-Maltija ma qatgħetx qalba biex ġiegħlet lill-avversarja tagħha tikkommetti żewġ irregolaritajiet infila biex kienet pass ‘il bogħod milli tirċievi l-karta safra … eliminazzjoni bikrija.

Peró l-esperjenza tal-judoka tal Mongolia kienet wisq għad-debuttanta Maltija hekk kif irnexxielha twettaq it-tieni Waza-ari tagħha li kienet segwit b’ippon, fost id-diżappunt tal-Maltija.

Iżda minkejja din it-telfa, Esposito ħarġet minn dan il-konfront b’rasha mgħollija hekk kif jidher li għandha futur kbir quddiemha.

Sport