Sunday, December 22, 2024

Juice – Il-missjoni spazzjali għal Jupiter posposta

Aqra wkoll

L-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) qalet li l-missjoni li tibgħat satellita fuq il-pjaneta Jupiter kienet qiegħda tiġi posposta minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.

Din il-missjoni hija mistennija ferm minħabba li se jsir studju jekk fuq din il-pjaneta hemmx xi tip ta’ ħajja. Esperti tal-Aġenzija Spazjali qalu li kieku bagħtu s-satellita kif kien ippjanat kienet se ssir ħsara minħabba sajjetti li kien hemm.

Huma qegħdin jittamaw li llum din is-salettili tibda triqtha lejn din il-pjaneta, iżda kollox jiddependi mit-temp.

Il-vjaġġ mistenni jdum madwar 8 snin biex b’hekk is-satellita tilħaq wieħed mill-qmura ta’ Jupiter u b’hekk jibda l-istudju. L-Aġenzija qalet li din hija l-aktar missjoni ambizjuża li qatt ħadmet fuqha.

Skont studju li sar s’issa, hemm indikazzjoni li l-qmura Callisto, Europa u Ganymede li jduru mal-pjaneta għandhom oċeani taħt is-silġ li hemm fuqhom u għalhekk jista’ jkun li jkun hemm xi tip ta’ ħajja.

Juice mhux se tkun qiegħda tara jekk hemmx ħajja kif naruha aħna fuq din il-pjaneta… u lanqas se tkun qiegħda tibgħat ritratti lura lejn id-dinja ta’ xi ħut li jista’ jkun hemm fl-oċeani, iżda se tkun qiegħda tara jekk hemmx xi tip ta’ ‘microbial organisms’

Il-missjoni spazjali s’issa ġiet tiswa aktar minn €1.6bn u kellha titlaq minn Guiana għall-ħabta tad-9.15am. Jekk kollox jimxi kif suppost, u Juice titlaq mid-dinja fis-sigħat li ġejjin, allura mistennija li tasal fis-sistema solari tal-pjaneta f’Lulju tal-2031.

Il-missjoni Juice mistennija tkun ‘il fuq mill-wiċċ tal-pjaneta 400 kilometru u dan hu biżżejjed biex tagħmel l-istudji li hemm bżonn.

“Se nkunu nafu kemm huma fondi l-oċeani li hemm, x’tip ta’ melħ fih dan il-baħar, u anke x’tip ta’ ġebel hemm ukoll tal-istess oċean,” qal il-Professur Michele Dougherty.

Ekonomija

Sport