Barcelona huma lesti li jidħlu f’battalja ma’ Manchester United, Manchester City u Real Madrid għall-firma tal-attakkant ta’ River Plate, Julian Alvarez matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 21 sena skorja 33 goal u rreġistra 24 assist f’94 apparenza għall-club Arġentin tiegħu minn meta għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel team fl-2018.
Għadd ta’ clubs, inklużi Manchester United, Manchester City u Real Madrid, kienu ħerqana li jiffirmaw l-attakkant fil-bidu tal-2022.
Iżda huwa mifhum li hemm ukoll interess serju minn Barcelona, li identifikaw lill-player internazzjonali Arġentin bħala l-player ideali biex itejjeb l-attakk tagħhom fit-tieni nofs tal-istaġun 2021-22.
Alvarez, li skorja 21 goal u rreġistra 14-il assist f’44 apparenza f’livell ta’ club f’dan l-istaġun, huwa maħsub li għandu klawsola ta’ release ta’ €25m fil-ftehim kurrenti tiegħu.
Il-player mill-Amerika t’Isfel ilu ma’ River Plate mill-2013 imma kellu esperjenza ma’ Real Madrid meta kellu biss 11-il sena.