Monday, December 23, 2024

Julien Alfred tirbaħ il-100m tan-nisa

Aqra wkoll

Julien Alfred hija r-reġina l-ġdida tal-100 metru tan-nisa hekk kif kitbet l-istorja meta kisbet l-ewwel midalja għal Saint Lucia kemm ilhom jiġu organizzati l-Olimpjadi. 

F’xita kontinwa li laqtet f’li Stade de France li mimli daqs bajda, Alfred,  23 sena, iddominat il-finali u ssiġillat ir-rebħa b’marġni ċara f’rekord nazzjonali ta’ 10.72 sekondi.

Iċ-champion tad-dinja renjanti, l-Amerikana Sha’Carri Richardson, rebħet l-fidda f’10.87, bil-kompatrijotta Melissa Jefferson (10.92) ittemm fit-tielet post.

Il-Brittanika, Daryll Neita, spiċċat fir-raba’ post, f’ħin ta’ 10.96.

Neita pproduċiet l-aħjar tmiem minn atleta mara Ingliża f’finali ta’ sprint Olimpiku għal 64 sena iżda dan ftit kien ta’ konsolazzjoni fit-tfittxija tagħha għall-ewwel midalja globali individwali.

Il-kollegi tagħha, Dina Asher-Smith u Imani-Lara Lansiquot, aktar kmieni naqsu milli jagħmlu l-finali, filwaqt li l-ikona tal-isprint Ġamajkana, Shelly-Ann Fraser-Pryce rtirat mill-kompetizzjoni qabel is- semi-finali tagħha.

Ekonomija

Sport