Għal min qed jaħseb biex imur jgħum peress li ma kienx possibbli għalih li jagħmel dan mal-ġurnata, huwa mwissi biex jevita ċertu bajjiet kawża tar-riħ qawwi, liema twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10.00p.m. tal-lum.
Jumejn ilu, il-Malta Red Cross kienet diġà wissiet lill-pubbliku biex sal-ġurnata tal-lum wieħed ma jmurx jgħum f’diversi bajjiet.
Fost il-bajjiet li l-pubbliku ġie mwissi biex jevita kien hemm il-bajja tal-Ġnejna, il-Bajja tal-Mixquqa u l-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.
Il-fotografu ta’ dan is-sit żar waħda minn dawn il-bajjiet u seta’ jinnota li kien hemm il-lifeguards li kienu qed iwissu lin-nies dwar il-periklu tal-baħar. In-nies tħallew biex xorta waħda jgawdu l-ġurnata tagħhom ħdejn il-baħar billi joqgħodu fuq ir-ramel. Iżda ġie osservat ukoll li kien hemm żona minnhom li kienet privata u li fiha n-nies tħallew jinżlu fil-baħar minkejja t-twissijiet.