Saturday, December 21, 2024

Jum San Girgor f’Marsaxlokk pospost minħabba d-direttivi

Aqra wkoll

Il-permess tal-bejjiegħa se jibqa’ validu għas-sena li ġejja

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk avża li Jum San Girgor li kellu jiġi ċċelebrat għada tħassar minħabba l-istess direttivi mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Dawk il-bejjiegħa kollha li diġà laħqu għamlu l-permess, dan se jibqa’ validu għas-sena li ġejja. Il-bejjiegħa huma obbligati li jżommu kull dokument li ngħata lilhom din is-sena biex ikunu jistgħu jirriżervaw dan il-post applikat.

Dawk l-oħrajn li l-permess kien għaddu pendenti, se jitkomplew hekk kif tgħaddi din is-sitwazzjoni. L-Għaqdiet tal-lokal, li bagħtu l-interess tagħhom ukoll se tiġi meqjusa valida għas-sena dieħla.

Ekonomija

Sport