Tuesday, April 21, 2026

Jurgen Cassar huwa l-vittma li tilef ħajtu dalgħodu f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Jurgen Cassar, magħruf bħala “tal-Fieres”, hu r-raġel li tilef ħajtu trakiġament dalgħodu f’Ħal Qormi.

Hu kien ilu snin jagħmel dan ix-xogħol. Laħbar tal-mewt tiegħu nisslet sens kbir ta’ dieqa fost il-komunità Qormija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel inqabad fi trakk tal-ġbir tal-iskart.

Kienu xi s-6.00am, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx hemm raġel maqbud fi trakk tal-ġbir tal-iskart. Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġie kkonfermat ir-rapport.

Sfortunatament, huwa ġie ċċertifakat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport