L-attakkant ta’ Hibernians, Jurgen Degabriele, rebaħ l-unur tal-Malta FA Player tas-Sena għall-istaġun 2021/22. Dan kien wieħed minn numru ta’ premjijiet li ġew ippreżentati waqt riċeviment li segwa l-Assemblea Ġenerali li saret nhar il-Ġimgħa.
Premju ieħor mar għaċ-champions Hibernians hekk kif Stefano Sanderra ġie vvutat bħala l-Coach tas-Sena.
Maxuell Maia da Silva ta’ Gzira United rebaħ il-premju tal-Aqwa Player Barrani tas-Sena u kiseb ukoll il-premju tal-Aqwa Skorer tal-Kampjonat BOV Premier.
Adam Magri Overend ta’ Floriana rebaħ il-premju tal-Player Żagħżugħ tas-Sena.
James Scicluna ta’ Pietá Hotspurs rebaħ il-premju għall-Aħjar Player taċ-Challenge League filwaqt li Nicholas Schembri ta’ Attard rebaħ l-unur tal-Aqwa Player tan-National Amateur League. Shaisen Attard ta’ Hamrun Spartans rebaħ l-unur tal-Aqwa Player tal-Youth League.
Dorianne Theuma ta’ Swieqi United rebħet l-unur tal-Aqwa Player tal-Kampjonat tan-Nisa filwaqt li Veronique Mifsud ta’ Birkirkara rebħet l-unur tal-Aqwa Player tal-Kampjonat tan-Nisa ta’ taħt l-20 sena.
Mark Zammit ta’ Luxol St. Andrew’s rebaħ l-unuri għall-Aqwa Player tal-Kampjonat Futsal u l-Aqwa Skorer fil-Kampjonat tal-Futsal.
Lydon Micallef ta’ Lija Athletic rebaħ il-premju tal-Aqwa Skorer fil-BOV Challenge League u Nicholas Schembri ta’ Attard rebaħ l-unur tal-Aqwa Skorer fil-BOV National Amateur League.
Francesca Chircop ta’ Mgarr United rebħet il-premju tal-Aqwa Skorer fil-Kampjonat tan-Nisa.
Ġew ippreżentati tliet President’s Awards lil Leli Fabri, Twanny Rocco u Dr Ronald Cuschieri.
Balzan rebħu l-Fair Play Award.