Tuesday, May 21, 2024

“Mort nistaqsih jixtieqx xi ħaġa x’jixrob u qalli li hu Kunsillier”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mhux l-ewwel darba li smajna dwar persuni li jappellaw biex tinżamm l-indafa. Oħrajn saħansitra jfakkru lill-pubbliku biex meta jaraw lil xi ħadd li qed joffri servizz, joffrulu xi tazza ilma friska jew xi ħaġa biex jitrejjaq. 

Fost l-aktar riċenti spikka r-ritratt ta’ raġel qiegħed inaddaf fil-Qawra. Persuni li xerrdet ir-ritratt qalet li marret biex toffrilu flixkun ilma hekk kif sa minn kmieni dalgħodu bakkar biex “ineħħi l-ħmieġ ta’ ħaddieħor”.

Il-mara kompliet biex tgħid li meta marret fuqu kienet skantata hekk kif dak li deher bħala impjegat irriżulta li kien Kunsillier fil-Qawra. Hija kellha kliem ta’ tifħir u sostniet li l-Kunsillier Nazzjonalista Chris Vella Petroni huwa verament każ ta’ persuna li jmexxi bl-eżempju.

Sport